Industries Sport Association
ISA Statute
Industries Sports Association

Regolamenti u Kostituzzjoni


INDICI

Kapitlu Dettal Pagni

1. Isem, Ghan u Kostituzzjoni 2
2. Kumitat Ezekuttiv u Poteri 4
3. Kunsill Generali 6
4. Ufficjali tal-Ghaqda u Kumitati 9
5. Protesti 12
6. Propjeta, Rapprezentanza u Tibdil/Zieda 14
fir-Regolamenti
7. Dmirijiet ta’ kull Team 15
8. Kontroll tal-Loghob 17
9. Membri fl-Ghaqda 19
10. Sport Iehor 27





KAPITLU 1

ISEM, GHAN U KOSTITTUZJONI TAL-GHAQDA


1.1
a) L-isem ta’ din l-Ghaqda ghandu jkun INDUSTRIES SPORTS ASSOCIATION, (fil-qosor I.S.A.).

b) L-Ghaqda ghandha tkun affiljata ma dawk l-Ghaqdiet Nazzjonali ta dawk id-dixxiplini sportive partikolari li l-Ghaqda tkun qieghda torganizza.

c) L-Ghaqda Nazzjonali trid tkun preferibbilment maghrufa mill-Ghaqda Internazzjonali ta’ dik id-dixxiplina sportiva partikolari.

d) Dan issir jekk hekk jiddeciedu il-membri f’Laqgha Generali.

e) (Kienet 1.2 f) f Il-kelmiet Organizzazzjoni jew Ghaqda jew I.S.A. f’dawn ir-regolamenti ghandhom ifssru u jigu interpretati bhala “Industries Sports Association’’ hlief fejn il-kontenut ta’ xi regolament partikulari ma jindikax li jfisser xort’ohra.


1.2 GHAN (kien 1.3)

L-ghan tal-Ghaqda ghandu jkun illi, sa fejn ikun possibbli, torganizza Kompetizzjonijet bhal “Leagues’’ u “Knock-out’’, kif ukoll tiehu sehem f’kull xorta ta’ Kompetizzjonijiet tal-Futbol u dixxiplini ohra.

L-Ghaqda ghandha tkun komposta minn dak l-ghadd ta’ teams industrijali tal-futbol u dixxiplini ohra kif jigi deciz mill-Kunsill Generali.

1.3 MEMBRI ( kien 1.2)

a) Il-Membri tal-ghaqda ghandhom ikunu id-delegati / rapprezentanti tat-teams industrijali.

b) Il-kelmiet “Team Industrijali’’ f’dawn ir-regolamenti ghandhom ifissru team li jirrapprezenta Ditta Kummercjali skond il-ligi li tirregola l-Ghaqdiet Kummercjali.

c) Kull team li jkun accettat f’din l-Ghaqda u jaffilja, ikun soggett ghar-regolamenti kollha ta’ din l-Ghaqda u r-regolamenti tal- loghba tal-ballun.

i. Kull team industrijali li jaffilja ma’ l-I.S.A. ma jkunx jista’ jilghab players jekk dawn ma jkunux “full time” ma’ l-istess Ditta. Players li jkunu sekondati u/jew trasferiti ghall-iskop ta’ dan ir-regolament, m’humiex kunsidrati bhala impjegati ta’ din/dawn id-Ditti.

ii. Kull team industrijali jista’ jaghmel uzu minn players li jkunu rregistrati bhala “Part-Time” jew “Reduced Hours” pero’ ma jkunux qed jaghmlu xoghol iehor ma kumpanija ohra. Dan ikun l-impieg principali ta dan il-player/individwu.

iii. A. Kull team industrijali jista’ jaghmel uzu minn zewg players ohra li ma jkunux la “full time” skond (i) jew ‘part time’ skond (ii).

b. Dawn il-players ma jisthux jaghmlu parti minn team tal-futbol li jilghab fil-Premier Division tal-MFA.
c. Jekk hu possibli dawn il players iridu ikollohom affiljazzjoni ma ditta kumerciali.
d. Id-ditta li taghmel uzu minn din il-klawsola trid tirregistra dawn il-players mhux aktar tard mill-ewwel ta Dicembru.
e. Dawn iz-zewg registrazzjonijiet ikunu validi ghal stagun wiehed biss.
f. Zewg players jistghu jigu registrati kull stagun.



1.4 OSSERVANZA TAR-REGOLAMENTI.

a) Din l-Ghaqda ghandha tosserva u timxi fuq ir-regolamenti tal-Ghaqda Dinija bhal tal-F.I.F.A (futbol), sa fejn dawn ikunu prattikabbli u ta’ htiega ghall-amministrazzjoni ta’ l-Ghaqda u ghac-cirkustanzi li fihom tkun tinsab minn zmien ghal zmien.

b) L-Ghaqda ghandha wkoll taddotta u tosserva kull regolament mahrug mill-Ghaqda Nazzjonali tal-football (M.F.A.), li jkunu indikati li ghandhom jorbtu lill-Ghaqda fl-ezekuzzjoni taghhom, u dan anke jekk l-imsemmija regolamenti ma jinkitbux f’dan l-Istatut.



1.5 SPORTS IEHOR

Il-Kunsill u/jew l-Ezekuttiv ghandhom id-dritt li jahtru sotto-kumitati bil-ghan li jigi organizzat kull tip ta’ dixxiplini sportivi ohra.


1.6 AWTORITA

Din l-ghaqda tista’ tbiddel jew tamenda r-“Regolamenti u Kostituzzjoni’’ kif jidhrilhom il-membri tal-Kunsill, jew kif hekk ikun rakkomandat lill-Kunsill mill-Kumitat Ezekuttiv, ghall-ahjar efficjenza ta’ l-amministrazzjoni generali


1.7 KOSTITUZZJONI

Din l-ghaqda ghandha jkollha biex imexxuha:-

a) Kunsill u
b) Kumitat Ezekuttiv.



KAPITLU 2

KUNSILL


2.1 IL-KUNSILL.

a) Il-Kunsill ghandu jkun maghmul mill-Kumitat Ezekuttiv u minn delegat/rapprezentant ta’ kull ditta affiljata ma’ din l-Ghaqda, nominat/i bil-miktub minn ufficjal responsabbli tad-ditta partikolari.

b) Fil-Kunsill Generali ghandu jkun hemm ukoll osservaturi ta’ ditti li jkunu qieghdin jippartecipaw fi sport iehor organizzat mill-Ghaqda. Dawn iridu jkunu approvati mill-Kunsill Generali.


2.2 LAQGHAT TAL-KUNSILL GENERALI.

Il-laqghat tal-Kunsill ghandhom isiru skond kif jiddeciedi l-Kumitat Ezekuttiv matul l-istagun.

2.3 Fil-laqghat tal-Kunsill, id-ditti li jkollhom rapprezentant / delegat fil-Kumitat Ezekuttiv jistghu jigu rapprezentati fl-istess laqgha minn persuna ohra.

2.4 Fl-assenza tal-President, ghandu jippresiedi fil-laqghat kollha l-Vici-President. Meta dan ma jkunx possibbli jew prattikabbli, tigi maghzula persuna ohra mill-Ezekuttiv ghal dan il-ghan, b’semplici maggoranza mill-membri prezenti fil-laqgha.


2.5 DRITT GHALL-VOT.

a) Il-President ghandu l-jedd ghall-vot fil-laqghat kollha, u f’kaz ta’ parita’ jkollu vot iehor (casting vote).

b) Il-membri newtrali tal-Kumitat Ezekuttiv ghandhom dritt ghall-vot biss fil-laqghat ta’ l-istess Kumitat, Izda kull membru newtrali jkollu l-jedd ghall-vot anki fil-laqghat tal-Kunsill.

c) Id-delegati/rapprezentanti ta’ kull ditta li tkun affiljata ma’ din l-Ghaqda ghandhom dritt ghall-vot wiehed biss fil-laqghat tal-Kunsill.


2.6 AWDITURI.

Fl-ewwel laqgha tieghu, il-Kunsill ghandu jahtar tlett (3) awdituri: tnejn (2) permanenti, u t-tielet supplimentari, biex japprovaw l-“Accounts” qabel ma tigi sottomessa ghall-approvazzjoni tal-Kunsill. L-“Accounts” ghandhom jigu awditjati sa gimghatejn qabel issir il-Laqgha Generali Annwali. Din il-hatra ghandha ssir minn fost id-delegati tad-Ditti, u skond kif jiddeciedi l-istess Kunsill.

Kull sena il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jiprezenta ‘set accounts’ fil Laqgha General Annwali. Il- President u/jew it-Tezorir ghandu/ghandom jiprezentaw dawn l-accounts lil-Kumitat Ezekuttiv mhux aktar tard minn-tlett gimghat qabel il Laqgha Generali Annwali.

2.7 POST TAL-LAQGHAT.

Il-lokal jew post fejn jiltaqa’ l-Kumitat Ezekuttiv, il-Kunsill, Sotto Kumitati u / jew Bords ohra, ghandu jigi maghzul mill-President, u fin-nuqqas ta’ dan, mis-Segretarju Generali.
2.8 ATTENDENZA.

a) Kull membru tal-Kumitat Ezekuttiv ghandu l-jedd u d-dmir jattendi ghall-laqghat kollha, kemm tal-Kumitat Ezekuttiv kif ukoll tal-Kunsill.

b) Id-delegati li jiffurmaw il-Kunsill ghandhom il-jedd u d-dmir jattendu ghall-laqghat kollha ta’ l-istess Kunsill.

c) Membru tal-Kunsill li ma jattendix ghall-laqghat ghal-tlett (3) darbiet wara xulxin, minghajr ma jaghti raguni tajba ghall-assenza tieghu, jaqa’ taht dawk il-mizuri li jista’ jiehu l-Kumitat Ezekuttiv.


2.9 TLUGH TA’ POLOZ.

Il-Kumitat Ezekuttiv permezz tal-President, ghandu d-dmir li jaghti parir dwar kif ghandhom jitilghu il-poloz tal-kompetizzjonijiet ta’ din l-Ghaqda, u pariri ohra dwar it-tmexxija taghha u fl-ahjar interess ta’ l-amministrazzjoni. Il-poloz ghandhom ikunu mtella’ waqt l-ewwel Laqgha Generali, u ppubblikati qabel l-ewwel loghba tal-league.


2.10 LAQGHA GENERALI ANNWALI.

Kull laqgha ghanda tisejjah wara avviz ta ghaxart ijiem.

Il-Laqgha Generali Annwali ta’ din l-Ghaqda, ghandha ssir mhux aktar tard mill-ahhar gimgha ta Gunju, f’data li tigi stabbilita mill-Kumitat Ezekuttiv. Din il-Laqgha Generali ghandha titmexxa b’din l-Agenda:



• Qari u approvazzjoni tal-Minuti ta’ l-ahhar Laqgha Generali.
• Indirizz mill-President.
• Rapport Amministrattiv.
• Rapport Finanzjarju, u hatra ta’ Awdituri.
• Emendi ghall-Istatut.
• Hatra ta’ Kumitat Ezekuttiv.
• Konferma/Approvazzjoni tat-Teams.
• Kompetizzjonijiet.


2.11 Kull Laqgha ohra ghandha tissejjah Laqgha Straordinarja Generali, b’agenda ghal dik il-laqgha.

2.12 Il-Kumitat Ezekuttiv kif ukoll kull membru tal-Kumitat Ezekuttiv / Kunsill jista’ jressaq emendi ghal-istatut.

KAPITLU 3

KUMITAT EZEKUTTIV U POTERI


3.1 KUMITAT EZEKUTTIV

a) Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jkun kompost minn mhux anqas minn sebgha (7) hames (5)persuni eletti fil-Laqgha Generali Annwali.

b) L-Ezekuttiv ghandu jkun iffurmat minn:- President, Segretarju Generali u Tezorier (imsejha ufficiali tal-ghaqda), kif ukoll minn ghadd ta’ persuni ohra bejn newtrali u rapprezentanti tat-teams, b’mod illi n-numru tal-membri newtrali, ikun aktar minn dawk li jirrapprezentaw lit-teams. (ez. 4 ghal 3).

c) Il-President u s-Segretarju Generali ghandhom dejjem ikunu newtrali. F’dan ir-regolament, il-kelma “newtrali’’ ghandha tfisser illi persuna ma jkollha ebda konnessjoni ma xi team li jkun jippartecipa.

d) It-Tezorier ghandu preferibbilment ikun newtrali hekk tinstab persuna newtrali addattata. Jekk le, il-Kunsill jista’ japprova persuna li ghalkemm ikollha konnessjoni ma’ xi team, tgawdi l-fiducja tal-maggoranza.

e) Ghal dawn it-tliet hatriet ikun hemm bzonn maggoranza ta’ zewg terzi tal-voti, fil-waqt li ghall-hatra tal-persuni l-ohra, kemm newtrali kif ukoll rapprezentanti tat-teams tkun bizzejjed maggoranza semplici tal-voti.

f) Il-hatra tal-President, tas-Segretarju Generali, tat-Tezorier u tal-Membri Newtrali, tkun ghal sentejn. Il-hatra tal-membri l-ohra tkun ghal sena.

g) Minnbarra l-ufficjali newtrali, fejn huwa possibbli, il-persuni l-ohra fl-Ezekuttiv ikunu jirrapprezentaw lit-teams u jekk ikun il-kaz jintghazel/jintaghzlu persuna/i ohra b’vot popolari minn fost id-delegati prezenti waqt il-Laqgha Generali.

h) Fl-ewwel laqgha tieghu, il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jqassam il-karigi l-ohra fost il-membri. Fost il-karigi ghandu jkun hemm dawk ta’ Vici-President, Assistent Segretarju, Assistent Tezorier u ta’ P.R.O.

i) Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ jirrakkomanda tibdil fir-“Regolamenti u Kostituzzjoni’’, ghall-ahjar efficjenza ta’ l-amministrazzjoni tal-Ghaqda.

j) Il-President ghandu jirraprezenta lil-ghaqda ufficialment. F’certu kazi l-ufficjali tal-ghaqda ghandom jirraprezentaw l-ghaqda.


3.2 NOMINI GHALL-MEMBRI TAL-KUMITAT EZEKUTTIV

Il-membri tal-Kumitat Ezekuttiv ghandhom jigu proposti u ssekondati sa’ l-ahhar laqgha ta’ l-istagun tal-Kunsill (Laqgha Generali Annwali) mill-membri tal-clubs tal-Ghaqda.

3.3 Fil-kaz li ma jkunx hemm proposta biex jimtlew il-karigi tal-Kumitat Ezekuttiv, is-Segretarju Generali ta’ l-istagun ta’ qabel jibqa jmexxi l-Industries Sports Association sa’ mhux aktar minn wiehed u ghoxrin (21) gurnata, li jibdew jghoddu mid-data tal-Laqgha Generali Annwali, li ssir l-ewwel wahda fl-istagun ta’ wara. Wara dan iz-zmien, f’kaz li in-numru ta sebgha (2.1a) ma jintlahaqx, il-Kumitat Ezekuttiv jibda jiffunzjona xorta, filwaqt li jipprova jirrimedja mill-aktar fiss possibli.


3.4 LAQGHAT TAL-KUMITAT EZEKUTTIV.

a) Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jiltaqa’, fejn hu possibli, ta’ l-anqas darba fix-xahar. Fl-ewwel laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv ghandu jigi imfassal programm bid-dati w granet ta’ meta il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jiltaqa matul il-legislatura tieghu. Dan ghandu jigi msejjah mis-Segretarju Generali wara konsultazzjoni mal-President dwar l-agenda. F’kaz ta’ urgenza laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv tista’ tigi msejjha wara li jinghata avviz ta’ erba u ghoxrin (24) siegha.

b) Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu wkoll ir-responsabilta’ li jittratta protesti mressqa mit-teams, dwar rizultati u/jew nuqqasijiet ohra, kif ukoll xi kazi serji ta’ dixxiplina li jigu rreferuti lilu mill-Bord tad-Dixxiplina. Il-membri rapprezentanti tat-teams involuti ma jkollhomx dritt ghall-vot f’kazi bhal dawn.

3.5 Attendenza
a) Membru tal-Kumitat Ezekuttiv, li ma jkunx jista’ jattendi ghal dawn il-laqghat, ghandu jgharraf b’dan u jghid ir-raguni, mill-aktar fis, lis-Segretarju Generali, u fin-nuqqas ta’ dan, lill-President.

b) Jekk membru ma jattendix ghal tlett darbiet wara xulxin, minghajr ma jaghti raguni valida ghall-assenza tieghu jista’ jigi mnehhi.


3.6 MEMBRI ONORARJI.

Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ jaghzel Patrun u/jew Membri Onorarji, u dan ghal zmien li l-istess Kumitat Ezekuttiv jistabbilixxi.



3.7 MEMBRI “CO-OPTED”.

Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ jahtar persuni li jigu “co-opted” biex jaghtu servizz, jekk dan ikun ta’ gid ghall-ghaqda. Dawn il-“co-opted members” ma jkollhomx dritt ghall-vot. Dan il-persuna co-opted jispicca mil-kariga tieghu fl-ahhar ta lis-stagun.


3.8 RIZENJI.

Meta membru tal-Kumitat Ezekuttiv jirrizenja mill-kariga tieghu, is-Segretarju Generali ghandu jsejjah mill-aktar fis, izda qatt aktar tard minn wiehed u ghoxrin (21) gurnata wara r-rizenja, Laqgha Generali tal-Kunsill biex jigu maghzulin persuni ohra minflok dawk li jkunu rrizenjaw.

Dak li jirrizenja ghandu jikkonsenja l-oggetti kollha ta’ l-Ghaqda li jkunu f’idejh, lis-Segretarju Generali u/jew lil-President.

3.9 Rapprezentanza ta ditta.
Jekk membru tal-Kumitat Ezekuttiv ikun qed jokkupa din il-kariga bhala rapprezentant ta’ xi ditta affiljata ma’ l-I.S.A. u jispicca minn dan l-impjieg, huwa m’ghandux jibqa jaghmel parti mill-Kumitat Ezekuttiv.

3.10 (Gdid) Dixxiplina tal- Kumitat Ezekuttiv

Membru tal-Kumitat Ezekuttiv ghandu jgib l-ilmenti tieghu quddiem il-Kumitat Ezekuttiv. Dak kollu li jintqal waqt kull Laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv hu konfidenzjali u ghalhekk bl-ebda mod m’ghandu jigi svelat jekk mhux bil-permess tal-istess Kumitat Ezekuttiv. Jitiehdu passi dixxiplinari kontra dak il-membru tal-Kumitat Ezekuttiv li jikser dan ir-regolament.

Is-Segretarju tal-Ghaqda biss ghandu id-dritt li jikteb fil-media jew korrispondenza ohra. Biex dan ma jsirx mis-Segretarju irid ikun approvat mil-Kumitat Ezekuttiv.


11 (kien 3.10) VOT TA’ SFIDUCCJA.

F’kaz ta’ vot ta’ sfiducja kontra membru jew membri tal-Kumitat Ezekuttiv, dak il-membru jew membri jitilfu kull dritt li kellhom u ghandhom mill-aktar fis possibli jroddu kull haga li tappartjeni lill-Ghaqda li tkun fil-pussess taghhom, lis-Segretarju Generali, u fin nuqqas ta’ dan, lill-President, u f’kazijiet eccezzjonali lil xi membru iehor tal-Kumitat Ezekuttiv.


3.12 (kien 3.12) THASSIR TA’ RIZULTAT.

Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu s-setgha li jhassar rizultat ta’ loghba skond id-diskrezzjoni tieghu u l-interess generali tat-teams affiljati ma’ din l-Ghaqda.

3.13 Rapprezentanza tat-teams fil Kumitat Ezekuttiv

Fil-Laqgha Generali Annwali it-teams ghandhom jahtru rapprezentant u sostitut fil-Kumitat Ezekuttiv. In-numru ta din ir-rapprezentanza tista tikber imma qatt ma jistghu hemm aktar raprezentanza minn membri newtrali.

3.14 Rapprezentanza fil-Kunsilltal MFA.

L-ufficijali tal-Ghaqda, fejn hu possibli, ghandhom jirraprezzentaw lil-Ghaqda fil Kunsill tal-MFA. Meta hadd min dawn ma jkun jista l-ghazla ghandha taqa’ fuq il-Membri Newtrali u fin-nuqqas ta’ dan jistghu jigu nominati membri mill-Kunsill ta’ l-ISA.

KAPITLU 4.

UFFICJALI TAL-GHAQDA U KUMITATI.


4.1 DMIRIJIET U SETGHAT.

IL-PRESIDENT.

a) Il-President ghandu s-setgha li jippresiedi fil-laqghat kollha tal-Kumitat Ezekuttiv, u tal-Kunsill Generali ta’ din l-Ghaqda; li jimxi skond ir-regolamenti u jiffirma l-minuti kollha tal-laqghat imsemmija, bhala certifikat ta’ dak li jkun intqal u sar fl-istess laqghat. Huwa jista’ kull meta jidhirlu jew ihoss il-htiega jitlob li jara l-kotba u d-dokumenti kollha ta’ l-Ghaqda, li jkun hemm f’idejn l-ufficjali tal-Kumitat Ezekuttiv, jew ghand kull persuna ohra, kif ukoll meta jkun hemm bzonn, isejjah laqghat kemm tal-Kumitat Ezekuttiv kif ukoll tal-Kunsill Generali.

b) Fin-nuqqas tal-President, il-Vici-President ghandu jmexxi kull laqgha minfloku.


IS-SEGRETARJU GENERALI.

4.2 Is-Segretarju Generali ghandu s-setgha li:

a) Isejjah, wara konsultazzjoni mal-President, laqghat tal-Kumitat Ezekuttiv u tal-Kunsill Generali.

b) Izomm il-minuti tal-laqghat kollha.

c) Jiehu hsieb il-korrispondenza kollha bejn il-Kumitat Ezekuttiv jew l-Ghaqda in-generali, u persuni/korpi ohra.

d) Jipproduci kull meta jkun mitlub, dik l-istess korrispondenza.

e) Izomm elenku tar-registrazzjonijiet tal-players; records tal-loghobiet kollha bir-rizultati rispettivi; lista tal-players u membri ta’ kumitati ta’ Clubs li jkunu dehru quddiem il-Bord tad-Dixxiplina jew il-Kumitat Ezekuttiv.

f) Izomm lista tal-players li jistghu jigu jew gew maghzula sabiex jirrapprezentaw lill-Ghaqda.

g) Is-Segretarju Generali huwa wkoll responsabbli tad-dokumenti, films, formoli u hwejjeg ohra li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-Ghaqda jew li din l-Ghaqda tkun tehtieg.

h) Ghandu wkoll jipprezenta rapport Amministrattiv fil-Laqgha Generali Annwali fi tmiem kull stagun, u jibqa jmexxi lill-Ghaqda fil-kariga tieghu, anke wara li jispicca l-istagun u sakemm jigi elett il-Kumitat Ezekuttiv gdid.

i) Is-Segretarju Generali jista jiddelgawahda minn dawn id-dmirijiet lil-Assistant Segretarju Generali.

j) Is-Segretarju Generali ghandu jzomm that il-kustodja tieghu Tazzi u/jew Trofej ohra lill-Ghaqda.

4.3 Is-Segretarju Generali ghandu jifforma parti, u dejjem bhala segretarju ta’ kull sotto kumitat, bord jew kummissjoni li ghal xi raguni jew ohra tigi kostitwita.


4.4 IT-TEZORIER.

a) It-Tezorier huwa responsabbli ghad-dhul u hrug tal-flus kollha ta’ l-Ghaqda.

b) Huwa ghandu jfittex mezzi biex ikabbar kemm jista’ jkun il-fondi ta’ l-Ghaqda.

c) Kull Laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv, irid jipprezenta redikont tal-Bilanc tal-Bank u x’ghandhom jaghtu kull club.

d) It-Tezorier ghandu jipprezenta lista ta’ pagementi f’kull Laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv sabiex ikun jista jigi awtorizzat il-hlas.

e) Izomm regolarment kotba ta’ “Accounts” u fi tmiem l-istagun fil-Laqgha Generali Annwali, jipprezenta rendikont dettaljat.


4.5 KARIGI OHRA.

Lill-membri l-ohra tal-Kumitat Ezekuttiv ghandhom jigu moghtija karigi u dmirijiet skond kif iqassam il-President, u dan dejjem ghall-ahjar tmexxija ta’ l-Ghaqda


4.6 PROCEDURA.

Il-Laqghat kollha, kemm tal-Kumitat Ezekuttiv, tal-Kunsill Generali, ta’ Sotto Kumitati u kummissjonijiet, ghandhom jitmexxew skond l-Istatut tal-Ghaqda.



4.7 BORD TAD-DIXXIPLINA.

a) Il-President u is-Segretarju Generali ghandhom l-obbligu li jiffurmaw Bord tad-Dixxiplina tal-ISA, kompost minn Membri Newtrali fi hdan il-Kumitat Ezekuttiv sabiex jittratta kazi imressqa quddiemu.

b) Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ joffri l-Bord tad-Dixxiplina fi hdan l-Ghaqda Nazzjonali ta kull dixxiplina sportive sabiex tamministra dan il-Bord.

c) Kull player jew ufficjal li jigi rrapurtat lil din l-Ghaqda mill-Ufficjali inkarigati mill-Kontroll tal-loghob jew minn membru / ufficjal tal-Kumitat Ezekuttiv ghandu jidher quddiem il-Bord tad-Dixxiplina fl-ewwel laqgha tal-Bord, li ssir wara d-data li fiha jkun gie rrapurtat.

d) Meta players jew ufficjali rrapurtati ma jidhrux quddiem il-Bord tad-Dixxiplina jew meta Teams irrapurtati ma jibghatux rapprezentanti biex jidhru ghalihom minkejja li jkunu regolarment notifikati, il-Bord tad-Dixxiplina ghandu jimxi kif jinghad hawn taht:-

• F’kazi li jikkoncernaw ufficjali, players jew kumitati ta’ teams jew it-Teams stess, il-Bord jista’ jiehu decizjonijiet, anke fl-assenza ta’ l-ufficjali jew rapprezentanti tat-teams koncernati jew kumitati, u kull decizjoni ghandha tigi komunikata immedjatament.

• Kull membru ta’ Kumitat ta’ Team jista’ jidher quddiem il-Bord tad-Dixxiplina fl-assenza tal-player irrapurtat.

4.8 Is-Segretarju Generali ghandu d-dmir li jibghat kopja tar-rapport/i lil kull wiehed mill-membri tal-Bord, kif ukoll lit-teams koncernati kmieni kemm jista’ jkun. F’kazi urgenti fejn ma jkunx possibli li jinghata avviz aktar kmieni, dan l-avviz ghandu jasal lill-persuni koncernati mhux aktar tard minn erbgha u ghoxrin (24) siegha qabel il-hin tal-laqgha.


4.9 APPELLI MINN DECIZJONIJIET

Appelli minn decizjonijiet mehuda mill-Kunsill Generali, mill-Kumitat Ezekuttiv, mill-Bord tad-Dixxiplina, u mill-Kumitat ta’ l-Appell u minn sotto kumitati, bords u kummissjonijiet ohra ta’ l-Ghaqda, huma appellabbli jew le skond kif provdut f’Kapitlu 8 (8.11).


KAPITLU 5.

PROTESTI.


5.1

a) Kull protest ghandu jsir u jintbaghat bil-miktub fi tlett (3) kopji lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda. Il-protest ghandu jasal ghand is-Segretarju Generali mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem mill-jum li tkun saret il-loghba (il-jum tal-loghba, il-Hadd, festi pubblici li jahbtu wara mhux inkluzi).

b) Ma’ kull protest ghandu jithallas id-dritt ta’ Ghaxar Liri Maltin (Lm 10) u minghajr dan il-hlas, il-protest ma jkunx jista’ jigi accettat. Jekk il-Kumitat Ezekuttiv jiddeciedi favur il-protest u jilqghu, jitthallsu lura lil min ikun ghamel il-protest, l-imsemmija Ghaxar Liri Maltin (Lm 10). Jekk il-protest ma jigix milqugh, ebda parti mill-imsemmija Ghaxar Liri Maltin (Lm 10) ma tithallas lura. Is-somma kollha tmur ghall-fondi ta’ l-Ghaqda.

c) Dan il-protest ghandu jidher quddiem il-Kumitat Ezekuttiv minnufih. Il-membri rapprezentanti tad-divizjoni nvoluta fil-protest ma jiehdux parti fil-votazzjoni.

5.2 Wara li jircievi l-protest, is-Segretarju Generali ghandu jibghat wahda mill-kopji lis-Segretarju tat-team interessat fl-istess protest, u dan mhux aktar tard minn gurnata (1) mid-data li jkun ircieva l-istess protest. Il-Hadd u festi pubblici mhux inkluzi.

5.3 Kemm it-team li jaghmel il-protest, kif ukoll it-team l-iehor ghandhom ikunu mgharrfa ta’ l-inqas erbgha u ghoxrin (24) siegha qabel il-laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv tkun sejra tiddiskuti l-protest.

5.4 Protest kontra rizultat ta’ semi-finals, finals, tan-Knock-out, deciders ta’ sections jew deciders tal-League, ghandu jasal ghand is-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem mill-jum li fih tkun saret il-loghba (il-jum tal-loghba maghdud).

5.5 Meta protest jingieb fuq l-agenda tal-laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv, u biex tittiehed decizjoni fuqu ikun mehtieg investigazzjonijiet u dokumenti, is-Segretarju Generali ghandu jkun provdut bit-taghrif kollu mehtieg biex il-protest jigi diskuss u maqtugh mill-aktar fis possibbli.


APELLI

5.6 Id-decizjonijiet kollha dwar il-protest jistghu jigu appellati quddiem il-bord tal-Appell indipendenti ta’ din l-Ghaqda

5.7 L-appell ghandu jsir bil-miktub u ghandu jintbaghat lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem mill-jum tad-decizjoni flimkien mas-somma ta Ghoxrin Lira Maltin (Lm 20) bhala hlas tad-dritt ta’ l-Appell. Il-jum tad-decizjoni ma jigix kalkulat fiz-zmien imsemmi. Min jappella ghandu jibghat lis-Segretarju Generali u fl-istess zmien imsemmi, tlett (3) kopji tal-Appell. Dwar dawn il-flus jghodd ir-regolament 5.1©.



5.8 BORD TA’ L-APPELL TA’ L-I.S.A.

a) Il-Bord ta’ l-Appell ghandu jkun kompost minn Chairman, li ghandu jkun preferibilment persuna bi kwalifiki legali u/jew li tkun tifhem fi procedura simili tal-kamp tal-Futbol, u zewg (2) membri li ma jkollomx konnessjoni ma’ membri affiljati fl-Ghaqda.

b) Dawn il-membri ghandhom jigu mahtura mill-Kumitat Ezekuttiv ta’ l-I.S.A. bil-kariga rispettiva taghhom meta jkun hemm il-htiega.

c) Quddiem dan il-bord ghandhom jidhru z-zewg nahat in-kwistjoni.

d) Il-Bord ghandu jiltaqa’ fi zmien erbat (5) t’ijiem minn dak inhar li jircievi l-appell, u ghandu jiddeciedi l-kaz mhux aktar tard minn jumejn (2) wara li jkun temm id-diskussjoni.

e) Il-Bord huwa hieles minn kull procedura partikulari u jista’ fid-diskussjonijiet u decizjonijiet tieghu jaddotta kull procedura li jidhirlu xierqa.

f) Is-Segretarju Generali ta’ l-I.S.A. ghandu jghaddi lis-Segretarju tal-Bord ta’ l-Appell, dawk l-appelli kollha li jkun ircieva fi zmien jumejn (2) minn dak inhar li jaslu ghandu, f’liema zmien mhux maghdudin il-Hdud u l-festi pubblici.

g) Is-Segretarju Generali ta’ l-I.S.A. huwa fid-dmir li jaghti kull taghrif mehtieg li jigi lilu mitlub mill-Bord ta’ l-Appell.

h) Id-decizzjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell ghandhom jintbaghtu bil-miktub immedjatament lis-Segretarju Generali ta’ l-I.S.A.

i) L-ebda membru tal-Bord ta’ l-Appell ma jista’ jattendi fil-Laqghat tal-Kumitat Ezekuttiv u/jew tal-Kunsill.

j) Il-Bord ta’ l-Appell jispicca mill-kariga tieghu mas-smigh tal-kaz.

k) Il-President u s-Segretarju tal-Bord tal-Appell, ghandhom jiffirmaw id-decizjonijiet ta’ l-istess Bord.


5.9 APPELLI MINN DECIZJONIJIET TA’ L-I.S.A.

a) Appelli lill-M.F.A. kontra decizjonijiet mehuda mill-organi ta’ din l-Ghaqda, jistghu jsiru minn team, membri tal-kumitati jew players biss, skond kif huwa pprovdut fir-regolamenti ta’ l-Ghaqda Nazzjonali fil-‘Handbook’ taghha.

b) Teams, membri ta’ kumitati jew players ma jistghux jiehdu passi legali kontra decizjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell, tal-Kumitat Ezekuttiv, tal-Kunsill, tal-Bord tad-Dixxiplina jew ta’ kumitati ohra ta’ din l-Ghaqda.

c) Teams, membri ta’ kumitati, jew players li jiksru dan ir-regolament, minnufih jispiccaw milli jaghmlu sehem minn din l-Ghaqda, u ma jigux aktar rikonoxxuti bhala tali.

KAPITLU 6

PROPJETA’, RAPREZENTANZA U TIBDIL/ZIEDA FIR-REGOLAMENTI.


6.1 PROPJETA’ TA’ L-I.S.A. U RAPPREZENTANZA.

Il-Propjeta’ kollha ta’ l-I.S.A., tappartjeni lill-Membri kollha tal-Kunsill.

6.2

a) Il-President, is-Segretarju Generali u l-Kaxxier jew tnejn minnhom jirraprezentaw lill-I.S.A. quddiem Tribunali, Bords, Associations u/jew Ghaqdiet ohra.

b) Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ wkoll jahtar membri ohra ta’ l-istess Kumitat, biex jirrapprezentaw lill-Ghaqda skond il-htiega.


6.3 TIBDIL JEW ZIEDA FIR-REGOLAMENTI.

Il-Kumitat Ezekuttiv ta’ din l-Ghaqda ghandu d-dritt illi jiddeciedi dwar kazi li mhux provdut ghalihom f’dawn ir-regolamenti, jew, jekk jinhass il-bzonn, iressaq dawn il-problemi ghall-attenzjoni tal-Kunsill, f’laqgha apposta. F’kazi bhal dawn, wara li tittiehed decizjoni, ghandu jsir dak kollu mehtieg biex tidhol emmenda jew addizzjoni fl-Istatut, ma’ l-ewwel opportunita’. Dawn ir-regolamenti jigu konformi mar-regolamenti ta’ l-Ghaqdiet Nazzjonali li maghha l-I.S.A. tkun affiljata.


6.4 Talbiet ghal tibdil jew zieda fir-regolamenti, ghandhom isiru bil-miktub u moghtija jew mibghuta lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda. Dan it-tibdil jew zieda jigu cirkolati lill-membri kollha ta’ l-Ghaqda, li jistghu jipproponu emmendi sa gimgha qabel id-data tal-Laqgha Generali Annwali, meta l-istess tibdil, zieda u emmendi jigu diskussi mill-Kunsill.

6.5 Tibdil u/jew zieda fir-regolamenti jigu diskussi f’Laqgha Generali tal-Kunsill, skond ir-regolament 6.4, u jridu jigu approvati b’maggoranza ta’ tnejn minn kull tlieta (2/3) tal-membri prezenti u bid-dritt tal-vot.















KAPITLU 7

KONTROLL TAL-LOGHOB TAL-FUTBOL.


7.1 REFEREES U ASSISTENTI REFEREES.

Il-loghobiet kollha kompetittivi ta’ din l-Ghaqda jew li minnha jigu organizzati, ghandhom jigu kontrollati biss minn ufficjali (referees u assistenti referees) maghrufa mill-Ghaqda Nazzjonali msemmija fir-regolament numru 1. Jekk dan ma jkunx possibbli, il-Kumitat Ezekuttiv ikollu l-jedd li jinkariga ufficjali ohra, basta jkollhom il-kwalifiki mehtiega.


7.2 KONTROLL TAL-LOGHOB.

a) Loghba kompetittiva ghandha tigi kontrollata minn mhux anqas minn zewg (2) ufficjali matul il-hin kollu taghha.

b) Fil-kaz li loghba tkun ser tigi kontrollata minn zewg ufficjali biss, ebda ufficjal jew membru tal-Kumitat Ezekuttiv jew tal-Kunsill ma jista’ jitlob jew jigi msejjah biex jaghmilha ta’ referee jew ta’ assistent referee.

c) Fil-kaz li loghba tkun ser tigi kontrollata minn zewg ufficjali biss, it-teams ikunu fid-dmir li jaccettaw li jilaghbu skond kif jipprovdi dan ir-regolament.

d) Jekk f’loghba kompetittiva jkun hemm anqas minn zewg ufficjali, il-loghba tigi mhollija ghal darb’ohra u tintlaghab f’data li jiffissa l-Kumitat Ezekuttiv.


7.3 LOGHOB MHUX MITMUM.

Jekk il-loghba kompetittiva organizzata mill-Ghaqda ma tintlaghabx kollha, ghandhom japplikaw ir-regoli li gejjin:-

a) Jekk il-loghba ma titkompliex minhabba xi wiehed mit-teams li jkunu jilaghabu, jew mill-players, ufficjali jew supporters ta’ l-istess team, dan jitlef il-loghba u l-punti taghha, b’rizultat ufficjali kontrieh ta’ 3-0. Pero’ jekk l-iskor fil-hin ta’ l-abbandun ikun ta’ aktar minn 3-0 favur it-team mhux involut fil-kawza/i ta’ l-istess abbandun, dak l-iskor jibqa’ jghodd. Minn ikun kagun ta’ Abbandun ta’ loghba kif spjegat hawn fuq, jaqa’ wkoll taht id-dixxiplina tal-Kumitat Ezekuttiv.

b) Jekk il-loghba ma titkompliex minhabba z-zewg teams li jkunu qieghdin jilghabu, jew il-players ufficjali jew supporters taz-zewg teams, dawn it-tnejn jitilfu l-punti, ikun xi jkun ir-rizultat fil-hin li ma titkompliex il-loghba, u t-tnejn jaqghu taht id-dixxiplina tal-Kumitat Ezekuttiv.

c) Jekk il-loghba ma titkompliex minhabba l-maltemp, u fil-hin tat-twaqqif taghha jkun baqa’ biss ghat-tmiem ghaxar (10) minuti jew anqas, ir-rizultat ta’ dak il-hin ikun jiswa bhala finali u definittiv (result to stand). Izda jekk ghat-tmiem ikun baqa’ aktar minn ghaxar (10) minuti, il-loghba terga’ tintlaghab mill-gdid, ikun xi jkun ir-rizultat taghha, u dan, f’data li tigi ffissata mill-Kumitat Ezekuttiv.

d) Ir-referee biss ghandu d-dritt iwaqqaf partita qabel it-tmiem normali u regolari taghha.

7.4 Jekk Team ikun ser jilghab loghba kompetittiva u fil-gurnata tal-loghba id-Ditta tkun fuq “Strike” u/jew l-impjegati taghha jkunu fuq “lock-out” u/jew “sit-in”; jew xi tilwima industrijali ohra, dak it-team ikollu d-dritt li jitlob il-loghba tigi mhollija ghal dat’ohra li jiddetermina l-Kumitat Ezekuttiv.

KAPITLU 8

MEMBRI FL-GHAQDA (Futbol).


8.1 AFFILJAZZJONI.

a) L-affiljazzjoni f’din l-Ghaqda ghanda ssir permezz t’applikazzjoni bil-miktub wara stedina mis-Segretarju Generali, li ghandu jibghat cirkulari lit-teams kollha li kienu hadu sehem fl-istagun ta’ qabel u jippubblika avvizi fil-gurnali lokali.

b) L-Ghaqda tista’ taccetta maghha biss teams iffurmati minn players impjegati ma’ ditti, kemm li jkunu jiddependu minn “Management” wiehed jew li jkunu jiffurmaw grupp ta’ ditti. Ara regoli 1.3.c

c) L-Ghaqda tista’ taccetta wkoll teams minn zewg ditti differenti, b’“Management” ukoll differenti li kull wiehed (wahdu) ma jkollux/ma jkollhomx materjal bizzejjed biex jiffurmaw team, biex jilghabu flimkien bhala team wiehed. L-isem ta’ dak it-team hekk maghqud ikun dipendenti fuq fejn ikun hemm l-akbar ghadd ta’ players. Dan jista’ jsir biss bil-permess tal-Kumitat Ezekuttiv wara li jkunu gew iccekkjati u kkonfermati ic-cirkostanzi ta’ kull talba. Kull permess t’amalgamazzjoni bhal din, ikun jghodd ghal stagun wiehed u jkun rivedut kull sena.

d) Is-Segretarju Generali ghandu jibghat formoli t’affiljazzjoni lil kull team li jkun applika jew ikkonferma. Kull team ghandu japplika jew jikkonferma sa’ mhux aktar tard minn gimgha qabel johorgu il-fixtures ta’ dak l-istagun partikolari.

e) Wara li tasal din l-applikazzjoni/konferma ghand is-Segretarju Generali, dan ghandu jressaqha ghall-approvazzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv.

f) It-talba ta’ teams godda ghandha tkun akkumpanjata minn lista shiha tal-players. Wara l-approvazzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv, din it-talba titressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill Generali. Il-Kunsill Generali f’kazi bhal dawn ghandu jkun maghmul minn delegati ta’ teams li jkunu hadu sehem fl-istagun ta’ qabel.

g) Jekk team jigi mnehhi mill-Ghaqda matul l-istagun, dan l-istess team irid jerga japplika mill-gdid ghal l-istagun ta’ wara.

8.2 Qabel ma team ta’ Ditta jigi accettat biex jaffilja fl-Ghaqda, il-Kumitat Ezekuttiv ghandu dritt jitlob il-konferma bil-miktub u ffirmata mid-Direttur jew Manager ta’ l-istess Ditta, li tawtorizza lid-Ditta tieghu biex taffilja ma’ l-I.S.A..

8.3 Kull team li jkun accettat f’din l-Ghaqda u jaffilja, ikun soggett ghar-regolamenti kollha ta’ din l-Ghaqda u r-regolamenti tal-loghba tal-ballun.

i. Kull team industrijali li jaffilja ma’ l-I.S.A. ma jkunx jista’ jilghab players jekk dawn ma jkunux “full time” ma’ l-istess Ditta.Players li jkunu sekondati u/jew trasferiti ghall-iskop ta’ dan ir-regolament, m’humiex kunsidrati bhala impjegati ta’ din/dawn id-Ditti.


ii. Kull team industrijali jista’ jaghmel uzu minn players li jkunu rregistrati bhala “Part-Time” jew “Reduced Hours” pero’ ma jkunux qed jaghmlu xoghol iehor ma kumpanija ohra. Dan ikun l-impieg principali ta dan il-player/individwu.
Iii A. Kull team industrijali jista’ jaghmel uzu minn zewg players ohra li ma kkunux la “full time” skond (i) jew ‘part time’ skond (ii).

b.Dawn il-players ma jisthux jaghmlu parti min team tal-futbol li jilghab fil premier division tal-MFA.

c.Jekk hu possibli dawn il players iridu ikollohom affiliazjoni ma ditta kumerciali. I
d.Id-ditta li taghmil uzu min din il-klawsola tried tirregistra dawn il-players mhux aktar tard mill-ewwel ta Dicembru.
e.Dawn iz-zewg registratzjoni issehu ghal stagun shieh.
F.Zewg players jistghu jigu registrati kull stagun

iv. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu s-setgha li jitlob lit-teams u/jew players biex jipprezentaw dokumenti skond il-htiega li tista’ tinqala’ minn zmien ghal zmien.

v. Kull team li jkun accettat biex jaffilja ma’ din l-Ghaqda ghandu ihallas l-affiljazzjoni, li ghandha sservi biex taghti dritt lit-team jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet kollha (League, Knock-out, ecc. . .).


HLASIJIET

8.4 L-ispejjez kollha ‘in-konnessjoni’ ma kull partita, ghandhom jinqassmu ndaqs bejn it-teams li jiehdu parti fil-loghba u notifikati lil kull team.

8.5 Kull team, wara li jkun gie accettat mill-Kunsill Generali, ghandu jhallas il-flus dovuti lill-Ghaqda sa mhux aktar tard minn xahar mill-bidu tal-league jew jipproponi mezz iehor ta’ hlas jekk dan jigi approvat mill-Kumitat Ezekuttiv.

8.6 Jekk team jonqos li jaghmel dawn il-hlasijiet fiz-zmien mghoti lilu, it-Tezorier ghandu jinforma lill-Kumitat Ezekuttiv biex jiehu l-passi li jidhirlu xierqa.

8.7 Il-multi ta’ teams jew players iridu jithallsu.


8.8 HRUG MILL-GHAQDA.

L-ebda team ma jista’ johrog mill-Ghaqda minghajr ma jaghmel talba bil-miktub. Sakemm il-Kumitat Ezekuttiv ma jaghtix l-approvazzjoni tieghu, dak it-team jibqa’ membru u jkun soggett ghal dak kollu li l-Ghaqda tista’ titlob minghandu. Meta t-team jigi moghti l-permess biex johrog mill-Ghaqda, huwa jitlef id-drittijiet kollha inkluz il-flus depozitati, u dan mid-data li jiffissa il-Kumitat Ezekuttiv u tigi ikkonfermata mill-Kunsill fl-ewwel laqgha tieghu.

8.9 Kull team li johrog mill-Ghaqda jew li jigi mnehhi bhala mizura dixxiplinarja, ikun ukoll obligat li jhallas kull debitu li jkollu ma’ l-Ghaqda u li jaghmel kull haga li jimponilu l-Kumitat Ezekuttiv u/jew il-Kunsill .

a) Meta ditta tigi ddikjarata falluta, it-team rapprezentant ta’ dik id-ditta ma jibqax jaghmel parti minn din l-Ghaqda, u dan mid-data li jiffissa l-Kumitat Ezekuttiv.

b) F’kaz bhal dan, il-membri tal-Kunsill, li jkun jirrapprezenta lil dik id-ditta falluta, ma jibqax jokkupa postu fil-Kunsill .

c) Dak it-team/ditta li jkun rebah xi kompetizzjoni fl-istagun ta’ qabel u ma jergax igedded l-affiljazzjoni tieghu jew johrog mill-Ghaqda, jew jigi mnehhi minnha, huwa obligat li jirritorna t-tazza/i li jkun rebah, fi zmien sebat (7) ijiem mid-data tal-hrug tieghu mill-Ghaqda. Jekk dan it-team jonqos minn dan l-obligu tieghu, jistghu jittiehdu kontra tieghu passi legali u/jew passi ohra kif jidhirlu xieraq il-Kumitat Ezekuttiv.

KAPITLU 9

DMIRIJIET TA’ KULL TEAM (FUTBOL)


9.1 KOPJI TAR-REGOLAMENTI.

It-teams affiljati ghandhom ikollhom kopja riveduta tar-regolamenti ta’ l-Ghaqda u kotba ohra li ghalihom dawn ir-regolamenti jaghmlu riferenza. L-ebda skuza ma tista’ tigi accettata mill-Kumitat Ezekuttiv jew mill-Kumsill ghan-nuqqas fl-osservanza ta’ dawn ir-regolamenti.


9.2 ISMIJIET TA’ TEAMS.

It-teams huma fid-dmir li jinfurmaw lis-Segretarju Generali ta’ l-I.S.A., b’kull tibdil fl-isem u/jew fl-indirizz tad-Ditta, u dan fi zmien sebat (7) ijiem mid-data li dak it-tibdil jigi pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern. It-teams li jonqsu li jaghmlu dan jista’ jigi dixxiplinat.


9.3 KUMITATI TA’ TEAMS.

It-teams ghandhom jgharrfu lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda bil-formazzjoni tal-kumitati fil-bidu ta’ kull stagun u kull meta jkun hemm xi tibdil. It-taghrif mehtieg ghandu jinkludi id-dettaliji kollha tad-Ditta, tas-Segretarju u/jew ta’ rapprezentant iehor tat-team ta’ fejn ghandha tintbaghat il-korrispondenza.


9.4 REGISTRAZZJONI TA’ PLAYERS.

It-teams huma assolutament responsabbli tal-players li jkunu registrati maghhom.

9.5 Ir-registrazzjonijiet tal-players ghandhom ikun kompluti fuq il-formoli ufficjali ta’ l-Ghaqda, b’kitba kemm jista’ jkun li tinqara. Is-Segretarju Generali jista’ jirrifjuta li jaccetta registrazzjoni li ma tkunx mimlija kif suppost. Ma din irregistrazjoni ghandu jinghata kopja tal-karta ta identita jew passaport.

9.6 Ir-registrazzjonijiet ghandhom jaslu ghand is-Segretarju Generali mhux aktar tard minn sebat (7) ijiem mid-data tal-firma tal-players. Registrazzjonijiet li jaslu ghand is-Segretarju Generali wara dak iz-zmien, ma jkunux validi.

9.7 It-teams jistghu jirregistraw players sa qabel tibda l-loghba, u f’dan il-kaz, il-formola tar-registrazzjoni ghandha tinghata jew lir-referee jew lil xi membru tal-Kumitat Ezekuttiv jew lil xi ufficjal tal-Ghaqda, inkella player ma jkunx jista’ jiehu parti fil-loghba. Meta l-formola tar-registrazzjoni tinghata kif intqal, huwa dejjem mehtieg il-validita’ taghha li ma jkunux ghaddew sebat (7) ijiem minn meta l-player iffirma.

9.8 Biex jithaffef ix-xoghol amministrattiv ta’ l-Ghaqda, it-teams li ppartecipaw fl-istagun ta’ qabel jistghu jikkonfermaw il-players li jkunu registrati maghhom fuq formola apposta. Registrazzjonijiet ikunu mehtiega biss fil-kaz ta’ players godda.


9.9 UZU TA’ PLAYERS.

a) Jekk loghba kompetittiva ta’ din l-Ghaqda tigi posposta u/jew terga tintlaghab, it-teams jistghu jaghmlu uzu biss mill-players li jkunu registrati maghhom fil-gurnata originali li fiha kellha tintlaghab jew intlaghabet l-istess loghba.

b) Players li jkunu sospizi fid-data originali jistghu jilaghabu f’loghba li tkun posposta u/jew li terga tintlaghab, kemm il-darba din issir f’gurnata li fiha z-zmien tas-sospensjoni jkun ghadda.

c) Dak il-player li jkun irregistrat u jhalli l-impjieg minn mad-Ditta tieghu wara li jkun beda l-istagun, ma jkunx jista’ jibqa jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet ta’ l-I.S.A. ma’ dik id-Ditta.

d) Biex player ikun jista’ jiehu sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet ma’ Ditta ohra, li maghhom ikun impjegat iridu jghaddu tletin (30) jum mill-impjieg gdid tieghu.

e) Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu d-dritt li jtellef il-punti u/jew jimponi l-pieni xierqa, kemm il-darba, wara investigazzjonijiet, isib li dak it-team ghamel uzu minn player/s f’loghob kompetittiv ta’ l-Ghaqda, u/jew li ma jkunux impjegati tal-fiss ta’ l-istess Ditta skond regola 8.4 (a) u (b).

f) Id-Ditta li jkollha players li spiccaw mill-impjieg taghhom, ghandha tgharraf b’dan lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda mhux aktar tard minn sebat (7) ijiem mid-data li fiha l-players ikunu hallew l-impjieg. Fin-nuqqas ta’ dan, id-Ditta tigi dixxiplinata.

g) Ebda team ta’ din l-Ghaqda ma jista jaghmel uzu minn aktar minn zewg (2) players li jkunu jilaghbu fl-istagun kurrenti ma’ teams tal-Premier Division, jew l-ghola divizjoni tal-Malta Football Association, ghalkemm jistghu jirregistraw players kemm iridu ta’ din il-kategorija.


9.10 LOGHOB KOMPETITTIV.

Kull team ghandu jilghab il-loghob kompetittiv kollu organizzat li jmiss lilu, sakemm ma jigix sospiz/imnehhi/imkecci mill-Ghaqda. Il-Kumitat Ezekuttiv ma jaccettax certifikati medici bhala skuza jew gustifikazzjoni sabiex loghba kompetittiva tigi posposta.

9.11 Il-“Goal-Average” fil-leagues ta’ din l-Ghaqda ma jkollux effett ghall-finijiet ta’ rebh, izda sempliciment ghall-klassifika tat-teams.

9.12 Il-loghob kompetittiv ta’ din l-Ghaqda ghandu jsir skond kif jigi deciz mill-Kumitat Ezekuttiv. Mill-“Weekend” ta qabel il-Milied sal-“Week-end” ta’ wara l-Ewwel tas-Sena ma jsirx loghob kompetittiv ta’ din l-Ghaqda, sakemm il-Milied ma jahbatx is-Sibt jew il-Hadd.


9.13 ATTENDENZA GHALL-LOGHOB U RIZULTATI.

a) Kull team ghandu jinzel ghall-loghob skond il-poloz li dwarhom jibghat ifakkar is-Segretarju Generali jew ufficjal iehor inkarigat.

b) Jekk team ma jasalx fil-hin ghall-loghob u ghalkemm jghaddu l-ghaxar (10) minuti ‘grace‘ li jaghti r-referee, huwa jkun ghadu ma wasalx, dak it-team jitlef il-loghba u jista jigi dixxiplinat. Jekk team jinzel fil-hin stabbilit ghall-loghob, b’anqas minn tmien (8) players u dan in-numru jibqa’ hekk wara li jkunu ghaddew l-ghaxar (10) minuti moghtija mir-referee, l-istess team jitlef il-loghba u jista jigi dixxiplinat.

c) F’kaz li team jiggustifika l-assenza tieghu ghas-sodisfazzjon tal-Kumitat Ezekuttiv, ma jittiehdux passi dixxiplinarji, izda dejjem jitlef il-punti tal-loghba.

9.14 Kull loghba kompetittiva, il-hin tal-loghob ghandu jkun ta’ sebghin (70) minuta. F’loghba tan-K.O., f’kaz li l-loghba tispicca draw, jinghataw il-penalties minn kull team, skond ir-regolamenti tal-loghba (Laws of the game), sakemm jinkiseb rizultat.

a) Dan ir-regolament ghal dak li huwa ghoti tal-penalties ma japplikax f’loghobiet li jkunu finali u deciders, izda ghar-replays taghhom.


9.15 BLALEN.

Kull team li jkun ser jiehu sehem f’partita kompetittiva ta’ l-I.S.A. huwa obbligat li jipprovdi ballun (football), minfuh sewwa u f’kundizzjoni li jista’ jintuza ghall-loghob. Min jonqos minn dan id-dmir jittiehdu passi dixxiplinarji.


9.16 FIXTURES.

a) Team li ghal darbtejn fi stagun wiehed jonqos li jinzel ghall-loghob skond il-poloz jew skond kif ifakkru s-Segretarju Generali u/jew l-Assistant tieghu minghajr raguni serja approvata mill-Kumitat Ezekuttiv jaqa’ taht il-mizuri dixxiplinari li l-Kumitat Ezekuttiv jidhirlu xierqa.

b) L-ebda loghba (fixture) ta’ din l-Ghaqda ma tista’ tigi mibdula wara li jittellghu il-poloz bid-data rispettiva u cirkolata lit-teams fil-bidu ta’ l-istagun, hlief meta jinqalghu cirkustanzi ghall-gharrieda u kif jiddeciedi l-Kumitat Ezekuttiv. L-ebda team ma jista’ jibdel fixture, anke jekk bil-kunsens u bl-approvazzjoni tat-team l-iehor li mieghu ikun sejjer jilghab. Dan jista’ jsir biss bl-approvazzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv.

c) Biex team jikkancella l-loghob minghajr ma jkun soggett li jhallas l-ispejjez tar-referee u l-assistant referee, ghandu javza lis-Segretarju Generali ta’ l-I.S.A., bil-miktub, mhux aktar tard minn tmienja u erbghin (48) siegha qabel il-hin ta’ l-istess loghba. Jekk team ma javzax il-kancellament fil-hin stipulat skond ir-regolamenti, minbarra li jitlef il-loghba u jehel il-multa msemmija, ihallas ukoll l-ispejjez tar-referee, tal-assistant referee u tal-ground.


9.17 KULURI U NUMRI FUQ IL-FLOKKIJIET TAL-PLAYERS.

Kull team ghandu jirregistra l-ewwel kulur u il-kuluri alternattivi tieghu u huwa responsabbli li jinzel ghall-loghob bil-kulur li jkun mitlub. Fil-kaz li z-zewg teams jinzlu bl-istess kulur, it-team li kien imnizzel bhala “home team” ghandu jibdel il-kulur tal-flokkijiet jew jitlef il-loghba u jittiehdu passi dixxiplinarji kontrieh.

9.18 Kull team hu responsabbli li fuq il-flokkijiet tal-players ikun hemm in-numri skond il-“Line Up Form”. Min jonqos li josserva dan ir-regolament jigi dixxiplinat skond kif jidhirlu l-Kumitat Ezekuttiv.

9.19 Il-“Goalkeeper” ghandu jkun liebes b’kuluri differenti minn dak tal-players l-ohra u minn dak tar-referee.

9.20 Is-Substitute Players ghandhom jilbsu flok differnti min dawk il players l-ohra li jkunu qieghdin jilghabu.


9.21 LINE-UP FORMS.

F’kull loghba kompetittiva kull team ghandu jimla il-Line Up Form f’zewg kopji, provduta mill-Ghaqda li fiha ghandhom jigu mnizzlin l-isem u kunjom (kompluti) tal-players, inkluzi s-sostituti, bin-numri rispettivi taghhom, kif ukoll l-MFA “registration number” u/jew l-ID Card number. Fil-kaz ta’ player barrani, jitnizzel in-numru tal-passaport. Il-listi ghandhom jinghataw lir-referee mhux aktar tard mill-bidu tat-tieni taqsima. Fil-lista ghandu jigi ndikat l-isem tal-“Captain” u “Vice-captain”. Team li jonqos minn dawn id-dmirijiet jittiehdu il passi dixxiplinarji kontrieh.

9.22 It-team li ma jimliex il-lista jitlef il-loghba u jittiehdu passi dixxiplinarji kontrieh.

9.22a i. Kull team ghandu jaghti kopja tal-karti tal-identita jew passaporti tal-players registrati lis-Segretarju Generali qabel ma jibda l-istagun.
ii. Is-Segretarju ghandu jaghmel kopji ta’ dawn u jqassam kopja lil-kull team sabiex kull team ikun jista jivverifika l-identita’ tal-players avversarji.

DIXXIPPLINA

9.23 Meta team jirtira minn din l-Ghaqda tinghata rebha ta’ tlieta b’xejn (3-0) lit-teams li ma jkunux ghadhom laghabu mieghu. Ir-rizultati tal-loghobiet diga’ milghuba jibqghu jghoddu.
9.24 Player li johrog mill-ground waqt il-loghob, hlief meta jkun imwegga, jew ghal x’incident iehor, minghajr il-permess tar-referee, ikun hati ta’ ksur tar-regolamenti tal-loghba tal-Ballun (Laws of the Game), u jigi rrapurtat biex jidher quddiem il-Bord tad-Dixxiplina ta’ din l-Ghaqda.

9.25 L-ebda membru tal-kumitat ta’ team ma jista’ johrog fil-ground, jekk mhux bl-awtorizzazzjoni tar-referee, u hija responsabilta’ tal-kumitat tat-team li johrog lill-player imwegga barra mill-ground. L-unika persuna/i li jista’/u tidhol/jidhlu fil-ground meta r-referee jaghti l-permess, hija/huma dik/dawk inkarigat/i mill-ewwel ghajnuna (First Aid). Dawk il-membri tal-kumitat li jisru dan ir-regolament jigu rrapurtati lill-Bord tad-Dixxiplina.

9.26 Kull membru tal-Kumitat Ezekuttiv u kull membru tal-kumitat ta’ team, b’mod specjali jekk ikun membru tal-Kunsill Generali, ghandu jirrapporta kull incident ta’ ksur tar-regolamenti, lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda bil-miktub.

9.27 F’kaz ta’ mgieba hazina lejn referee, l-assistenti tieghu, membri tal-Kumitat Ezekuttiv u/jew membri tal-Kunsill wara li tispicca l-loghba, minn players, membri tal-kumitat ta’ team u/jew supporters ta’ team, l-istess team ikun soggett ghal dawk il-pieni li jidhirlu xierqa il-Kumitat Ezekuttiv u/jew il-Bord tad-Dixxiplina.

9.28 Il-Kumitat Ezekuttiv, meta jidhirlu li jkun mehtieg, jista’ jgib quddiem il-Kunsill Generali kull rapport li jsir mir-referee, membri tal-Kumitat Ezekuttiv, membri tal-Kunsill Generali jew membri tal-kumitat tat-teams.

9.29 Il-Kumitat Ezekuttiv u/jew il-Bord tad-Dixxipkina, ghandhom id-dritt li jibaghtu lill-Ghaqda Nazzjonali msemmija fir-regolament 1, rapporti li jsiru minn teams, players, membri fil-kumitat jew ufficcjali. Jistghu ukoll jgharrfu lill-Ghaqda Nazzjonali u lill-Assoccjazzjoni tar-Referees b’kull imgieba hazina ta’ referees u l-assistenti tieghu.
9.30 Jekk team, membru tal-Kumitat, ufficjal jew player, jinstab li kiser xi wiehed minn dawn ir-regolamenti tal-loghba tal-ballun, jew jinstab hati ta’ mgieba hazina, il-Bord tad-Dixxiplina ta’ din l-Ghaqda jista’ jnehhi mill-I.S.A., jew jissospendi ghal zmien jew jimmulta lil dak it-team, membru tal-kumitat, ufficjal jew player, kif ukoll jaghtih kull piena ohra li jidhirlu xierqa fic-cirkustanzi.

9.31 Meta team wiehed jew zewg teams flimkien, li jkunu qieghdin jiehdu sehem f’xi finali ta’ Knock-out ta’ l-I.S.A., jew f’xi loghobiet ohra ta’ l-istess xorta (cup-tie) jinstabu hatja ta’ ksur tar-regolamenti, il-Kumitat Ezekuttiv ikollu s-setgha li jiehu l-passi kollha li jidhirlu xierqa kemm rigward it-teams kif ukoll dwar il-loghobiet stess.


9.32 CAPTAIN U VICE-CAPTAIN.

a) Il-Captain u l-Vice-Captain ghandhom jikkoperaw skond ic-cirkostanzi mar-referee u l-assistenti tieghu matul il-loghba kif ukoll wara t-tmiem taghha u joqoghdu ghal kull ma jghidulhom dawn l-ufficjali.

Huma ghandhom ukoll jghinu lir-referee meta dan ikecci xi player jew ikun irid jehodlu ismu. Il-Captain ghandu jkun liebes faxxa (arm band). Fin-nuqqas ta’ dan it-team indikat jistghu jittiehdu passi dixxiplinarji. Meta dan ma jkunx jista’ jaghmilha ta’ Captain din il-faxxa ghandha tintlibes mill-Vice-captain, skond kif indikat fil-Line-up.

9.33 PLAYERS U SOSTITUTI.

a) Kull team ghandu jkollu fil-ground ghall-loghob kompetittiv ta’ din l-Ghaqda mhux aktar minn hdax (11) il-player, u mhux anqas minn tmienja (8), Izda jista’ jaghmel uzu minn tlett (3) sostituti f’kull loghba. Player li jkun gie sostitwit ma jistax jerga’ jiehu sehem fl-istess loghba, filwaqt li ma jistax ikun hemm l-ebda sostitut ghal player li jkun gie mkecci mir-referee.
b) Jekk team jibda l-loghba bi tmien (8) players u wara jaslu l-players nieqsa, dawn jistghu jidhlu fil-loghba f’kull hin, izda dejjem skond ir-regolamenti generali tal-loghba tal-ballun (Laws of the Game).


9.34 ELEGIBILITA’.

Biex player registrat ikun jista’ jiehu sehem f’loghob kompetittiv ta’ din l-Ghaqda, jinhtieg li huwa jkun ilu mpjegat mad-Ditta, ghall-inqas tletin (30) gurnata.


9.35 OSSERVANZA TA’ REGOLAMENTI.

Players u ufficcjali jistghu jiehdu sehem f’loghob kompetittiv ta’ din l-Ghaqda u/jew jattendu ghalihom, bil-kundizzjoni li josservaw dawn ir-regolamenti kif ukoll regolamenti ohra tal-loghba. Kull team ghandu r-responsabbilta li dawn ir-regolamenti kollha jigu osservati mill-membri tal-kumitat, mill-players u mis-supporters taghhom.

9.36 Huwa pprojbit li xi membru ta’ team affiljat ma’ din l-Ghaqda joffri direttament u ndirettament xi konsiderazzjoni ta’ kwalunkwe xorta lill-players u/jew team iehor affiljat ma’ din l-Ghaqda, bil-hsieb li jinfluwenza r-rizultat ta’ xi loghba jew bil-hsieb li jirtira mill-kompetizzjonijiet ta’ din l-Ghaqda. It-teams u/jew players li jaghmluhom u/jew jaccettawhom huma suggetti ghal kull piena li jidhirlu xierqa li ghandu jaghti l-Kumitat Ezekuttiv, u l-kaz/i jigu rrappurtati lill-Ghaqda Nazzjonali jew lill-Awtorita’ kompetenti.


9.37 IMGIEBA TA’ PLAYERS U SUPPORTERS.

Kull membru tal-kumitat ta’ team affiljat ma din l-Ghaqda, b’mod specjali, jekk ikun ukoll membru tal-Kunsill u/jew tal-Kumitat Ezekuttiv, huwa responsabbli ghall-imgieba tal-players u supporters tieghu lejn ir-referee, l-assistenti tieghu, membri tal-Kumitat Ezekuttiv u tal-Kunsill prezenti waqt il-loghob. Huma ghandhom jaghmlu minn kollox biex dawn in-nies ma jigux aggrediti minn players u supporters.

9.38 Player li jkun gie mkecci mir-referee waqt loghba kompetittiva ta’ din l-Ghaqda, jigi sospiz awtomatikament loghba wahda kompetittiva, bla pregudizzju ta’ kull mizura ohra li jista’ jiehu l-Bord tad-Dixxiplina. Dawn il-kastigi ma jigux moghtija jekk il-players wara jinstabu mhux hatja (no case).


9.39 LOGHOB BARRA L-PAJJIZ.

L-ebda team ma jista’ jirranga loghob ‘friendly’ qabel ma jinforma lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda, u jaghtih il-partikolaritajiet kollha tat-team li mieghu ikun sejjer jilghab. Min jonqos minn dan id-dmir, ikun soggett ghal kull mizura li jaghtu l-Bord tad-dixxiplina.

9.40 Jekk team affiljat ikun sejjer isiefer u jilghab xi partiti barra minn dawn il-gzejjer, il-Kumitat tieghu ghandu jgharraf lis-Segretarju Generali ta’ l-Ghaqda, u dan, wara li jiehu parir tal-Kumitat Ezekuttiv, jaghti l-kunsens mehtieg. It-team li ma jaghmilx dan tista’ tittiehed kontrieh kull azzjoni dixxiplinarja kif jiddeciedi l-Kumitat Ezekuttiv.


9.41 KITBA FIL-GURNALI.

Jekk ma jinghatax permess minn qabel bil-miktub mill-Kumitat Ezekuttiv, ebda membru ta’ kumitat ta’ team affiljat jew player, jew ufficjali ohra ta’ l-istess team ma jistghu jiktbu fil-gurnali dwar din l-Ghaqda jew membri ta’ kumitati, players, ufficjali ohra ta’ teams ohra jew tal-Kumitat Ezekuttiv u/jew tal-Kunsill.


9.42 PUBBLIKAZZJONI TA’ KORRISPONDENZA.

a) L-ebda team, membru ta’ team jew player ma jista’ jippubblika fil-gurnali jew ixandar b’xi mod iehor korrispondenza jew parti minnha, li tkun ghaddiet bejn din l-Ghaqda, it-teams, membri jew players.

b) Min jikser dan ir-regolament jigi sospiz mill-Ghaqda. L-istess sospensjoni tinghata jekk team, membru jew player ikun direttament jew indirettament imdahhal biex persuna ohra tippubblika xi korrispondenza jew parti minnha jew materjal iehor dwar din l-Ghaqda, minghajr ma jkollu minn qabel l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kumitat Ezekuttiv.

9.43 Kull informazzjoni, avviz, cirkulari, ecc., li skond dawn ir-regolamenti ghandha tinghata bil-miktub, titqies, sakemm ma jigix ippruvat il-kuntrarju, li tkun saret b’mod xieraq jekk tkun ikkomunikata.

9.44 TNEHHIJA/SOSPENSJONIJIET TA’ TEAMS.

Meta team jigi sospiz jew imnehhi jew jikkancella xi loghba minghajr raguni approvata mill-Kumitat Ezekuttiv, it-team l-iehor li jkun tela’ mieghu fil-poloz, ghandu jilghab ma’ team iehor li jkun imissu jilghab mieghu, kemm fil-league kif ukoll fin-Knock-out, jew kompetizzjonijiet ohra. Meta team jigi sospiz, it-teams l-ohra li jkun imisshom jilaghbu mieghu waqt li jkun sospiz, jirbhu l-punti fil-kaz tal-league u jiehdu rebha fil-kaz tan-Knock-out. Meta team jigi mnehhi minn din l-Ghaqda, il-punti li jkun rebah jew tilef jigu mhassra mill-klassifika.


9.45 LOGHOB MA’ TEAMS MHUX MAGHRUFA.

Team jew player li minghajr il-permess tal-Kumitat Ezekuttiv, jilghab ma’, jew kontra team li ma jkunx f’din l-Ghaqda u/jew ma jkunx maghruf direttament jew indirettament mill-Ghaqda Nazzjonali, imsemmija fir-regolamenti, jaqa’ taht il-mizuri li jidhirlu xierqa, il-Kumitat Ezekuttiv u/jew il-Bord tad-Dixxiplina.


9.46 SOSPENSJONIJIET.

Kull sospensjoni ta’ players, ufficjali, kumitati jew teams tibda tghodd mill-jum li fih tkun ittiehdet id-decizjoni. Sospensjonijiet, canfir jew twahhil ta’ multi lill-players, ufficjali jew teams, jigu cirkolati mis-Segretarju Generali.

9.47 Meta membru ta’ kumitat ta’ team affiljat jigi sospiz jew imnehhi, u huwa membru tal-Kumitat Ezekuttiv u/jew tal-Kunsill, ma jkunx jista’ jibqa’ membru tal-kumitat tat-team tieghu kif ukoll tal-Kumitat Ezekuttiv u/jew tal-Kunsill, u f’kaz li jkun registrat bhala player, ma jkunx jista’ jilghab f’kompetizzjonijiet ta’ din l-Ghaqda, minghajr ma jikseb l-awtorizzazzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv.

9.48 Team li jkollu membri sospizi jew imnehhija u jhallihom jiehdu parti fil-kompetizzjonijiet, ikun hati ta’ ksur tar-regolamenti, u jaqa’ taht il-mizuri li jidhirlu xierqa l-Kumitat Ezekuttiv u/jew il-Bord tad-Dixxiplina.

9.49 Il-Kunsill ghandu s-setgha li jnehhi team u/jew player mill-Ghaqda meta jigi ppruvat li kiser ir-regolamenti ta’ l-I.S.A.

9.50 Il-membri, players u/jew ufficjali ohra ta’ teams affiljati ma jistghux jaghmlu mhatri fuq rizultati tal-loghob jew fuq xi hag‘ohra konnessa mal-loghob ta’ din l-Ghaqda. Min ikun ippruvat li ha sehem f’dawn l-imhatri, jigi sospiz mill-Bord tad-Dixxiplina mill-attivitajiet tal-Futbol kollha tal-Ghaqda, permanentament, u l-kaz jigi rrappurtat mis-Segretarju Generali lill-Ghaqda Nazzjonali, imsemmija fir regolamenti.


9.51 AZZJONI MILL-PULIZIJA.

a) Meta l-pulizija tiehu azzjoni bil-Qorti kontra xi player u/jew membru ta’ kumitat ta’ xi team affiljat, ghall-ksur tal-ligi minhabba x’incident waqt il-loghob organizzat mill-Ghaqda, is-Segretarju ta’ l-istess team jew persuna ohra nkarigata, ghandu jgharraf b’dak li jkun gara lill-Kumitat Ezekuttiv. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu l-jedd li jiehu kull decizjoni fuq l-istess incident. Min jonqos li jaghti l-imsemmi taghrif lill-Kumitat Ezekuttiv, ikun suggett ghall-mizuri li jista’ jiehu l-Bord tad-Dixxiplina u/jew il-Kumitat Ezekuttiv.

b) F’kaz t’assalt jew atti ohra ta’ vjolenza mill-players u.jew ta’ xi membri tal-kumitat kontra ufficcjali tal-loghba, kontra membri tal-Kumitat Ezekuttiv jew membri tal-Kunsill prezenti ghall-loghba, dawk il-players u/jew membri tal-kumitati, jigu awtomatikament sospizi sakemm jidhru quddiem il-Qorti kompetenti, u din il-Qorti taghti d-decizjoni definittiva. Jekk jghaddu tlett (3) xhur mid-data ta’ l-incident, u l-kaz ikun ghadu ma giex quddiem il-Qorti kompetenti, il-Bord tad-Dixxiplina u/jew il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jiddiskuti u jiddeciedi x’mizuri jiehu fuq il-kaz. Jekk il-kaz jigi quddiem il-Qorti kompetenti qabel ma jghaddu t-tlett (3) xhur, il-Bord tad-Dixxiplina u/jew il-Kumitat Ezekuttiv kemm jista’ jkun wara din id-decizjoni, ghandu jiddiskuti u jiddeciedi fuq il-kaz.


9.52 LOGHOB RAPPREZENTATTIV TA’ L-I.S.A.

Jekk player, imsejjah sabiex jirrapprezenta lill-I.S.A. f’loghob ta’ hbiberija jew kompetittiv, ma jobdix din l-ordni minghajr raguni valida’, jista’ jigi sospiz minn din l-Ghaqda u jittiehdu kontrieh mizuri ohra kif jidhirlu l-Kumitat Ezekuttiv.



































KAPITLU 10

SPORTS IEHOR



10.1 Ghandu jkun hemm regoli specifici ghal kull dixxiplina sportive ohra li l-Ghaqda tiddeciedi li torganizza, preferibbilment konformi mar-regoli li tkun thaddan l-Ghaqda Nazzjonali / Internazzjonali maghrufa ghal dan l-isports.

10.2 Il-proceduri amministrattivi (tal-futbol) ghandhom jigu segwiti anke f’dawn id-dixxiplini sportivi.


















*************TMIEM************